Saturday, December 21, 2024

20 persuna mmultati €100 kull wieħed

Aqra wkoll

20 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn tliet persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fil-589 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. L-awtoritajiet wettqu aktar minn għoxrin elf spezzjoni mindu bdiet tiġi infurzata l-kwarantina obbligatorja.

L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Ekonomija

Sport