Monday, September 23, 2024

20 sena u nofs ħabs talli kienu involuti fl-importazzjoni tal-kokaina f’Malta

Aqra wkoll

Żewġt irġiel u tfajla kienu kkundannati 20 sena u 6 xhur ħabs bejniethom wara li ammettew li kienu involuti fl-importazzjoni tal-kokaina f’Malta.

Il-każ seħħ fit-2 ta’ Ottubru tal-2021 meta Meiby Jazmin Ramirez Gomez, tfajla ta’ 22 sena piet arrestat hekk kif waslet pajjiżna minn Madrid. Fuqha nstab li kellha madwar 90 kapsola bil-kokaina li dakinhar kellha valur ta’ madwar €120,000.

Hekk kif il-pulizija kompliet bl-investigazzjonijiet tagħha kienet arrestat lil Leonardo Jose Marquez Uzcategui u Jose Angel Hernandez Perez, it-tnejn mill-Veneżwela li għandhom 43 sena u 51 sena rispettivament.

It-tfajla kienet ikkundannata 7 snin u 6 xhur ħabs kif ukoll multa ta’ €18,000; Perez 8 snin ħabs u €20,000 multa filwaqt li Uzcategui ġie kundannat 4 snin u nofs ħabs u €7,000 multa.

Sport