Monday, July 13, 2026
Home Aħbarijiet 20 xahar ħabs talli wettqet żewġ serqiet 

20 xahar ħabs talli wettqet żewġ serqiet 

0
39

Cherise Mifsud ta’ 28 sena kienet ikkundannata 20 xahar priġunerija wara li ammettiet li wettqet żewġ serqiet waqt li kienet fuq libertà proviżorja. 

Mifsud kienet mixlija li fil-5 ta’ Settembru 2024 serqet flus kontanti minn residenza fil-Gżira u erbat jiem wara serqet żarbun minn boutique hotel f’Tas-Sliema. 

Hija kienet mixlija wkoll li naqset milli tħares xi waħda mill-kundizzjonijet imposti mill-Qorti tal-Maġistrati f’digriet li bih kienet ingħatat il-ħelsien mill-arrest taħt garanzija. 

Quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia, Mifsud wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha u kienet ikkundannata għal piena ta’ 20 xahar priġunerija. 

Il-Qorti ordnat ukoll il-konfiska favur il-Gvern ta’ Malta tad-depożitu ta’ €800, li kien impost fid-digriet tal-ħelsien mill-arrest. Dan filwaqt li l-ħatja kienet ordnata tħallas €1,308 fi spejjeż tal-Qorti u tħallas lill-vittma €1,000 rappreżentanti l-flus misruqa lilu. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Attard.