Friday, December 13, 2024

200 miljun każi globali tal-Covid-19 mistennija fil-ġimgħat li ġejjin

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Kważi 4 miljun każ ġdid ta’ infezzjonijiet mill-Covid-19 ġew rappurtati lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) matul il-ġimgħa li għaddiet. L-għadd ta’ infezzjonatijiet qed ikompli jikber globalment tant li l-istess WHO qed tbassar li fil-ġimgħatejn li ġejjin l-infezzjonijiet se jaqbżu l-200 miljun.

L-infezzjonijiet inxterdu f’kull reġjun tad-dinja, fejn f’ċertu każi dawn qabżu saħansitra t-80%.

Id-Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, Tedros Adhanom Gebreyesus poġġa l-ħtija ta’ dan it-tixrid kollu ta’ infezzjonijiet fuq it-taħlit soċjali u l-mobilita, fuq in-nuqqas ta’ vaċċinar u kif ukoll fuq l-użu inkonsistenti tas-servizzi pubbliċi tas-saħħa.

Huwa wissa wkoll illi l-virus tal-Covid-19 inbidel minn meta ġie rappurtat għall-ewwel darba, tant li s’issa diġa feġġew erba varjanti tal-virus u dawn jistgħu jkomplu jizdiedu iktar ma’ l-imxija tkompli tinfirex.

Epidemjoloġisti ewlenin tad-WHO kklassifikaw il-variant Delta bħala l-iktar wieħed perikoluż u l-iktar wieħed trasmissibbli fost il-viruses SARS-CoV-2. Dan il-varjant għandu l-kapaċita li jibidel u jattakka ċ-ċelloli umani b’iktar faċilita.

L-istess epidemjoloġisti insistew fuq illi l-miżuri soċjali flimkien ma dawk taas-saħħa pubblika huma l-mezz kontra l-varjant Delta u li t-tilqim jipprevjenu t-tixrid tal-0marda u l-imwiet.

Ekonomija

Sport