Nirien kbar f’żoni muntanjużi fin-Nofsinhar ta’ Spanja wasslu għall-evakwazzjoni ta’ xejn inqas minn 2,000 persuna.
In-nirien żvolġew nhar l-Erbgħa li għaddiet sewwasew fil-muntanji ta’ Pujerra f’Sierra Baermeja f’żona li hija popolari ħafna mat-turisti Britanniċi.
Il-maġġoranza ta’ dawk evawkati kienu ġejjin mill-belt ta’ Benahavis, fejn l-awtoritajiet waqqfu xejn inqas minn 7,000 tinda biex dawk li kellhom jitilqu minn djarhom ikollhom fejn jistkennu. Iżda ħafna minn dawn iżda rnexxielhom isibu kenn għand qraba jew f’lukandi.
B’kollox hemm xejn inqas minn 200 pumpier u 100 suldat fiż-żona biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. In-nirien infirxu sew minħabba s-sħana u r-riħ li qegħdin jaħkmu fiż-żona.