Wednesday, March 11, 2026

203 personaġġ bibbliku waqt il-purċissjoni f’San Vinċenz de Paul

Aqra wkoll

Ninsabu ftit tal-ġimgħat biss ‘il bogħod mill-akbar festa liturġika. F’ħafna lokalitajiet – għaddejjin l-aħħar preparamenti għall-attivitajiet ta’ matul il-Ġimgħa Mqaddsa. 

F’San Vinċenz de Paul, grupp ta’ ħaddiema ddedikati ukoll qed jikkonkludu ġimgħat sħaħ ta’ xogħol lij jsir volontarjament biex il-Ħadd 22 ta’ Marzu, jippreżentaw il-Passjoni ta’ Ġesù. 

Fil-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù, intrama s-sett kollu tal-vari, tmienja b’kollox, li nħadmu kollha minn eks impjegat, Michael Bonnici, li huwa wkoll skultur, fuq medda ta’ snin. 

Mad-9.30 a.m., toħroġ il-purċissjoni akkumpanjata minn banda li se ddoqq marċi funebri, bis-sehem ta’ madwar 230 personaġġ bibbliku, bejn reffiegħa, sulati, bandisti, kif ukoll tfal.  

Il-purċissjoni, li ddur madwar it-toroq mal-periferija ta’ San Vinċenz, għandha l-elementi kollha daqslikieku ħierġa minn knisja f’xi raħal Malti. 

Din hija tradizzjoni, organizzata mill-Kumitat Ġimgħa l-Kbira ta’ San Vinċenz de Paul, li ilha ssir għal dawn l-aħħar 25 sena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport