Saturday, December 21, 2024

2,044 persuna nqabdu jaħdmu bla ktieb tax-xogħol fl-ewwel 10 xhur tas-sena

Aqra wkoll

Bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena inqabdu mal-2,044 persuna jaħdmu bla ktieb tax-xogħol f’pajjiżna. Minn dan l-ammont, 554 kienu Maltin u l-kumplament barranin li ġew minn diversi pajjiżi madwar id-dinja.

Statistika li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti mill-Ministru tal-Finanzi u Xogħol Clyde Caruana turi li l-infurzar mid-direttorat responsabbli kontra impjiegi illegali għax bla ktieb qed tħalli frott tant li għal din is-sena in-numru ta’ dawk jaħdmu bla ktieb naqas sostanzjalment.

Fil-fatt, l-istess statistika dwar dawk li nqabdu jaħdmu bla ktieb tax-xogħol turi li fis-sena 2018 kien hemm 3,404 każi, 2,477 fl-2019 u 3,355 każ fis-sena 2020.

Minn dan it-tagħrif li ta l-Ministru Caruana fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari jirriżulta li l-ikbar għadd ta’ ħaddiema barranin li nqabdu jaħdmu bla ktieb f’pajjiżna fl-ewwel 10 xhur ta’ din is-sena kienu 198 ħaddiema Indjani, 106 Serbi, 103 Taljani, 99 Pakistanti u 86 min-Nepal.

Ekonomija

Sport