Manchester City jinsabu ferm viċin li jirbħu l-Premier League Ingliż għar-raba’ darba konsekuttiva meta barra minn darhom għelbu lil Tottenham bl-iskor ta’ 2-0.
Kien Haaland (51) li fetaħ l-iskor mill-cross ta’ Kevin de Bruyne, bil-bravuri ta’ Ortega mbagħad żammew lis-City fuq quddiem hekk kif salva darbtejn fuq Dejan Kulusevski qabel ma ċaħħad lil Son Heung-min meta ġie waħdu.
Is-City aċċertaw ir-rebħa minn penalty fil-91 minuta wara li Pedro Porro kkommetta foul fuq Jeremy Doku.
*