21 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija u l-Environmental Health Officers qed jagħmlu biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 4 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern. L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.
21 persuna ngħataw multa ta’ €100 għax kienu fi gruppi ta’ aktar minn erbgħa
