Kien il-Ħadd, 26 ta’ Diċembru tal-2004 meta tsunami fl-Oċean Indjan kien ħalla mill-inqas 230,000 persuna mejtin.
Dakinhar kien għall-ħabta tat-8.00a.m, meta fl-Indoneżja kien seħħ terremot fil-baħar li kien qawwi 9.1 fuq l-iskala Richter.
L-istess terremot ikkawża mewġ għoli, b’numru ta’ rapporti jindikaw li l-mewġ laħaq saħansitra 9 metri – tant li kaxkar kompletament l-ibliet ta’ madwar il-kosta.
Il-pajjiżi l-aktar milquta mit-tsunami kienu l-Indoneżja, is-Sri Lanka, l-Indja, il-Maldivi u t-Tajlandja.

