Kmieni dalgħodu komplew l-ispezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari f’pajjiżna, din id-darba f’San Ġiljan.
Il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni u kif ukoll dawk mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, waqfu numru ta’ persuni, li minnhom, 22 persuna nstabu li kienu qegħdin jgħixu Malta b’mod irregolari.
Dawn il-persuni, li ġejjin mill-Alġerija, is-Sirja, it-Tuneżija, il-Gambja, is-Somalja u n-Niġerja, ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.
Dawn l-ispezzjonijiet se jissoktaw fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.