Saturday, November 23, 2024

22 każ ġdid ta’ Covid-19 u jfiqu 21 oħra

Aqra wkoll


L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li matul il-jum tat-Tnejn feġġew 22 każ ġdid tal-Covid-19 filwaqt li kien hemm 21 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huwa ta’ 272.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 459 wara li bejn it-Tnejn u t-Tlieta ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt. 

Bħalissa f’Mater Dei hemm 13-il pazjent li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 856,311-il doża tal-vaċċin li minnhom 36,140 kienu l-ewwel doża.

Sport