Xejn inqas minn 220,000 litru ta’ ilma ntużaw biex jintfew in-nirien li l-Erbgħa waranofsinhar ħakmu maħżen fi Triq Mannarino, Birkirkara.
F’din l-operazzjoni delikata, taw l-assistenza tagħhom 39 pumpier u 11-il Senior Fire Officer filwaqt li ntużaw mal-5,000 litru ta’ foam. Fuq il-post intbagħtu 16-il vettura tal-Protezzjoni Ċivili.
F’kitba fuq Facebook, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rringrazzja lid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, Transport Malta, LESA u Enemalta plc tal-appoġġ kontinwu tagħhom waqt dan l-inċident.

