Monday, October 7, 2024

Giovinco maħtur bħala ambaxxatur ta’ Toronto FC

Aqra wkoll

L-eks plejer internazzjonali Taljan Sebastian Giovinco ingħaqad bħala ambaxxatur ta’ Toronto FC. L-eks attakkant li llum il-ġurnata għandu 37 sena, kien jilgħab mat-tim Kanadiż bejn l-2015 u l-2019 filwaqt li deher ukoll ma’ Juventus, Empoli, Parma, Al Hilal u Sampdoria.

Giovinco minn dejjem ammetta li Toronto FC kien wieħed mill-klabbs għal qalbu u hu għalhekk li aċċetta din il-kariga.

Giovinco se jkun qed jgħin ukoll lill-iscouts tal-klabb sabiex jiġu identifikati aktar talenti li jingħaqdu magħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport