Thursday, October 10, 2024

222 każ ġdid u jfiqu 10 persuni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,629 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa nstabu 222 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt ma kien hemm 10 persuni ddikjarati bħala mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 1,212.

Dan ifisser li t-total tal-każi mill-bidu tal-pandemija issa huma 31,834 fejn minnhom 30,202 persuna huma ddikjarati bħala mfejqa.

It-total ta’ mwiet baqa’ 420 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 715,447 doża. Minn dawn 377,373 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 353,929 persuna huma mlaqqma kompletament.

Sport