Sunday, October 27, 2024

2,255 każ ġdid ta’ coronavirus fi Spanja f’24 siegħa fost tħassib tat-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet

Aqra wkoll

Ir-Re Felipe VI u r-Reġina Letizia ta’ Spanja libsu l-maskri f’wiċċhom waqt li attendew għal quddiesa waqt li qed iduru l-pajjiż.

Il-koppja rjali attendiet għall-quddiesa li żvolġiet fil-knisja ta’ San Martino Pinario f’siantiago de Compostela.Dan hekk kif Spanja rrapportat 2,255 aktar każi ta’ coronavirus f’24 siegħa, bir-reġjun tal-Katalunja jagħlaq in-nightclubs għal perjodu ta’ ġimagħtejn fost tħassib tat-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet.

Il-Gvern Katalan kien ilu għal dan l-aħħar jiem iwissi li se jkun qed jagħlaq in-nightclubs fir-reġjun, u lbieraħ ħa d-deċiżjoni wara li l-każi totali telgħu għal 319,501.

Id-deċiżjoni ttieħdet hekk kif ufffiċjali tas-saħħa Spanjoli ammettew li jista’ jkun il-każ li qed jiffaċċjaw it-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet tal-coronavirus.

Ir-reġjuni ta’ Katalunja u Aragon huma l-aktar żewġ reġjuni milqutin.

Kaġun taż-żieda fil-każijiet ġodda ħames reġjuni fi Spanja issa reġgħu spiċċaw taħt lockdown bil-għan li tkun ikkontrollata l-imxija tal-virus. Ir-reġjuni huma dawk tal-katalonja, ta’ Zaragoza, Pamplona, Totana u A Marina.

Sport