L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa feġġew 229 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 82 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 1,673.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 618 hekk kif fl-istess 24 siegħa mietet anzjana ta’ 83 sena waqt li kienet pożittiva għall-virus.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 51 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus b’persuna minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sat-Tlieta filgħaxija kienu ngħataw 1,250,797 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 347,315 kienu dożi tal-booster.