Sunday, November 2, 2025

23 persuna jmutu hekk kif ħanut fil-Messiku ħa n-nar

Aqra wkoll

Uffiċjali Messikani qalu li 23 persuna tilfu ħajjithom u 11 oħrajn kellhom jiddaħlu l-isptar hekk kif ħanut spiċċa nħakem min-nirien kbar.

Kien nhar is-Sibt li għadda meta f’wieħed mill-akbar ħwienet ta’ skont fil-Messiku seħħet splużżjoni kbira u fi ftit minuti kollox spiċċa ħuġġieġa nar. Il-każ seħħ fil-belt ta’  Hermosillo.

Il-Gvernatur tar-Reġjun Alfonso Durazo filwaqt li kkonferma li kienet seħħet splużżjoni qal li s’issa mhux magħrufx il-kawża eżatta ta’ dak li seħħ. Iżda Durazo qal li mill-investigazzjonijiet li saru mhux qiegħed jirriżulta li dan kien xi attakk terrorisitku jew inkella xi vjolenza kontra n-nies.

Fost il-vittmi hemm anke tfal li kienu mal-ġenituri tagħhom jixtri fil-ħin tal-inċident. Minn dawk li ddaħalu l-isptar bi ġrieħi hemm ukoll tifla ta’ 15-il sena.

Filmati li xxandru fuq il-midja Messikana wrew duħħan kbir ħiereġ mill-ħanut u anke li n-nar baqa’ jinfiex lejn il-parkeġġ li kien hemm quddiem l-istess ħanut.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport