Saturday, November 23, 2024

23 persuna mmultati €100 kull wieħed talli kienu fi gruppi ta’ aktar minn erbgħa

Aqra wkoll

23 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija u l-Environmental Health Officers qed jagħmlu biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 4 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern. Intant, persuna nstabet tikser il-kwarantina obbligatorja fit-344 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Bdew jitqassmu mingħajr ħlas l-ewwel elf maskra lill-ħaddiema kollha Għawdxin li jkollhom jinżlu Malta għax-xogħol. Il-maskri qed jingħataw lill-ħaddiema tas-settur pubbliku u anke dak privat mill-Ministeru għal Għawdex. B’kollox se jingħataw b’xejn mat-3,000 maskra li huma tad-drapp u b’hekk jistgħu jinħaslu u jintużaw mill-ġdid. Il-maskri jistgħu jinġabru mill-Home Assist Office fl-Experimental Farm, Triq l-Imġarr, Ix-Xewkija. Wieħed irid jippreżenta l-karta tal-identità.

Sport