Sunday, December 22, 2024

23 persuna oħra jinstabu jgħixu Malta illegalment

Jinbeda l-proċess biex jintbagħtu lura f'pajjiżhom

Aqra wkoll

Ilbieraħ komplew l-ispezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari f’diversi lokalitajiet, fosthom fil-Marsa, f’Tal-Pietà, f’Buġibba, f’Santa Venera, f’Raħal Ġdid u f’Wied il-Għajn.

Waqt dawn l-ispezzjonijiet, il-Pulizija sabu 23 persuna li kienu qegħdin jgħixu Malta b’mod irregolari.

Dawn il-persuni – mill-Ghana, il-Gambja, Niġerja u l-Mali – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzzjoni fejn hemmhekk inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.

Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu għaddejjin fil-jiem u fil-ġimgħat li ġejjin.

Ekonomija

Sport