23 tifel u tifla temmew b’suċċess l-ewwel kors tat-tagħlim tar-rota organizzat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ. Kull tifel u tifla ngħataw ċertifikat mis-Sindku Mark Camilleri u l-Kowċ Fabio.

Fabio Spiteri mexxa l-lezzjonijiet u l-Iskola San Injazju Primarja Ħaż-Żebbuġ ipprovdew il-bitħa tal-iskola għal-lezzjonijiet.
F’kitba fuq il-profil tiegħu l-Kunsillier Steve Zammit Lupi ħeġġeġ lill-ġenituri biex jieħdu lit-tfal bir-roti jilagħbu f’attivitajiet organizzati fir-raħal bħalma huma Pjazza Pedonali u Żerniq bir-Rota.

Il-Kunsillier temm jiżvela dwar il-ħsieb li jorganizzaw gruppi ġodda ta’ tagħlim bir-rota għat-tfal għas-sajf. Huwa żied jgħid li d-dettalji se jiġu ppubblikati fuq il-paġna tal-Kunsill aktar ‘il quddiem.