Wednesday, February 12, 2025

Aqra wkoll

Priske jitneħħa minn kowċ ta’ Feyenoord

Tħabbar li Feyenoord mill-Eredivisie Olandiża neħħew lill-kowċ Brian Priske mill-kariga, seba’ xhu r wara li daħal minflok Arne Slot li min-naħa tiegħu mar jilgħab ma’ Liverpool.

Wara nuqqas ta’ riżultati pożittivi u nuqqas ta’ qbil ma’ xi plejers, ittieħdet id-deċiżjoni drastika li Priske jitneħħa mill-kariga. Miegħu se jitilqu wkoll l-assistenti tiegħu Bjorn Hamberg u Lukas Babalola Andersson b’effett immedjat.

Matul il-ġurnata tal-lum, Feyenoord se jkunu qed jaħtru kowċ temporanju sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport