Wednesday, April 9, 2025

Aqra wkoll

Meta ntlagħbu l-ewwel żewġ kwarti-finali tal-UEFA Cham­pions League, Arsenal jinsabu b’vantaġġ tajjeb meta għelbu lil Real Madrid bl-iskor ta’ 3-0 filwaqt li barra minn darhom Inter għelbu lil Bayern Munich 2-1.

Arsenal ……………..3

Real Madrid ……….0

Arsenal ospitaw lil Real Madrid u meritatament għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0.

Wara kwarta logħob, Arsenal appellaw għal pe­nalty meta x-xutt ta’ Gab­riel Martinelli ħabat ma’ id Raul Asencio … iżda l-VAR iġġudika li l-player ta’ Real Madrid kien metru biss ‘il bogħod mill-eżekuz­zjoni ta’ Martinelli.

Lejn tmiem l-ewwel taqsima, il-goalkeeper Thibaut Courtois kien providenzjali għal Real b’saves kbar fuq Martinelli.

Iżda l-istess Courtois ma seta’ jagħmel xejn meta ġie megħlub minn żewġ free-kicks brillanti ta’ Declan Rice (68, 70).

Imbagħad fil-75 minuta, Mikel Merino ta d-daqqa mortali lil Real Madrid b’xutt fir-rokna tax-xibka. 

Bayern Munich …1

Inter ………………2

Barra minn darhom, Inter għelbu lil Bayern Munich bl-iskor ta’ 2-1.

Bayern setgħu fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals iżda Harry Kane falla żewġ ċansijiet ta’ skor meta, fis-17-il minuta, minn pożizzjoni ideali d-daqqa ta’ ras tiegħu kienet wisq ċentrali u fil-31 minuta  seta’ għamel aħjar u laqat il-lasta. 

U għal dawn in-nuqqasijiet, fl-uniku attakk, Inter fetħu l-iskor minn Lautaro Martinez (38) wara li rċieva mingħand Marcus Thuram.

Fil-85 minuta, Tho­mas Muller kiseb id-draw għall-Bavarjani iżda Inter għamlu reazzjoni u tliet minuti wara Davide Frattesi skorja l-goal tar-rebħa.   

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport