L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn it-Tnejn u t-Tlieta feġġew 249 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 266 oħra mill-virus. Dan ifisser li l-każijiet attivi issa niżlu għal 2,954
It-total ta’ mwiet telgħu għal 551 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietet mara ta’ 57 sena waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19
Fl-Isptar Mater Dei bħalissa hemm 102 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Coronavirus, b’ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sat-Tnejn filgħaxija, kienu ngħataw 1,213,371 tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 331,055 kienu dożi tal-booster.