Sunday, November 24, 2024

25 persuna feruti fi splużjoni fi blokka appartamenti fl-Iżvezja

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 25 persuna ttieħdu għall-kura l-isptar kawża ta’ splużjoni f’binja residenzjali ġewwa l-belt ta’ Gothenburg fl-Iżvezja

Min-naħa tagħhom il-pulizija bdew investigazzjoni biex ikun magħruf x’wassal għal din l-isplużjoni, filwaqt li l-Isptar tal-Università ta’ Sahlgrenska qal li tliet nisa sofrew ġrieħi serji ħafna. 

Hekk kif seħħet l-isplużjoni fuq il-post marru numru ta’ ħaddiema tas-salvataġġ fejn evakwaw għadd ta’ persuni, filwaqt li n-nirien kienu qed jiġu kkontrollati mill-pumpiera.

Kelliemi għall-ħaddiema tas-salvataġġ qal li fl-isplużjoni numru ta’ appartamenti u anke turġien ġew affettwati.

Hekk kif il-kawża għadha mhix magħrufa, bosta qed jispekulaw li dan il-każ seta’ kellu rabtiet ma’ attivitajiet bejn gangs kriminali.

F’dawn l-aħħar snin ġewwa l-Iżvezja kien hemm numru ta’ każi­jiet fejn gangs kriminali użaw splussiv u anke nirien biex isolvu kwistjonijiet ta’ bejniethom. 

Sport