Monday, December 23, 2024

25 persuna jitilfu ħajjithom wara li karozza tal-linja waqgħet minn irdum fl-Indja

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 25 persuna tilfu ħajjithom fl-istat ta’ Uttarakhand ġewwa l-Indja wara li karozza tal-linja waqgħet minn fuq irdum. 

Uffiċjali tal-lokal qalu li abbord il-karozza tal-linja kien hemm 40 persuna u din għal xi raġuni tilfet il-kontroll u waqgħet minn irdum fid-distrett ta’ Pauri Garhwal. Sakemm morna għall-istampa kien hemm 21 passiġġier li ġew salvati. Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru tal-Indja Narendra Modi fuq twitter wera s-sogħba tiegħu għal dak li seħħ. Min-naħa tagħhom l-awtoritajiet qalu li s’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Sfortunatament l-Indja hija magħrufa għan-nuqqas ta’ sigurtà fit-toroq fejn ta’ kull sena iktar minn 100,000 persuna jitilfu f’ħajjithom kawża ta’ sewqan perikoluż u anke toroq f’kundizzjoni ħażina ħafna. 

Il-karozzi tal-linja huma mod popolari ħafna ta’ trasport ġewwa dan il-pajjiż, speċjalment fi rħula u bliet żgħar. Iżda l-operaturi ta’ dawn il-vetturi ta’ sikwit jiksru r-regolamenti ta’ sigurtà u jgħabbu ħafna iktar nies milli suppost. 

Ekonomija

Sport