Sunday, May 5, 2024

25 persuna oħra jinstabu jgħixu illegalment f’Raħal Ġdid u fil-Fgura

Aqra wkoll

F’aktar spezzjonijiet mill-Pulizija għal persuni li qegħdin jgħixu f’pajjiżna illegalment, 25 persuna ta’ nazzjonalitajiet varji ġew arrestati kmieni dalgħodu.

L-ispezzjonijiet li saru f’Raħal Ġdid u fil-Fgura wasslu għas-sejba ta’ persuni minn nazzjonalitajiet varji fosthom mill-Indja, mill-Bangladesh, mis-Sirja u mill-Kolumbja.

Dawn l-ispezzjonijiet isegwu numru ta’ spezzjonijiet oħrajn li wasslu għall-arrest ta’ diversi persuni oħra li nstabu jgħixu illegalment f’pajjiżna fosthom f’Ħ’Attard, fil-Marsa, fil-Ħamrun, f’San Pawl il-Baħar u f’Buġibba kif ukoll f’ Ta’ Sannat u Marsalforn Għawdex.

Sport