L-immigrazzjoni mhix biss parti fundamentali mill-istorja tal-Istati Uniți imma hi parti inerenti mit-tessut soċjali u ekonomiku tal-Istati Uniti u hi essenzjali għall-futur tal-pajjiż. Li wieħed jipprova jibdel din in-nisġa permezz ta’ “l-akbar deportazzjoni fl-istorja” se jkollha żewġ konsegwenzi serii x’jintrefgħu. Dawn huma il-prezz tat-twettiq tal-operat tad-detenzjonijiet u t-tkeċċija ta’ dawn l-ammont ta’ immigranti u l-konsegwenzi marbutin ma’ din id-deċiżjoni.
Dan joħroġ minn ċifri taċ-Ċensiment, li jindikaw li l-popolazzjoni ta’ l-immigranti hija essenzjali għall-linja għall-Istati Uniti. Filfatt fis-sena 2023, skont il-Kunsill tal-Immigrazzjoni fl-Istati Uniti(AIC), l-immigranti ħallsu total ta’ $651.9 biljun f’taxxi federali, statali u lokali.
Fir-rigward tat-taxxi federali, l-immigranti ħallsu 19.25 fil-mija tad-dħul totali minn dik it-taxxa matul dik is-sena u ftit aktar minn kwart ta’ Triljun dollaru fid-dħul miġbur għas-Sigurtà Soċjali u l-Medicare. Mill-ammont totali tat-taxxa, $89.9 biljun (2.6 fil-mija tad-dħul federali) tħallsu minn immigranti mingħajr dokumenti, li jirrappreżentaw kważi 25 fil-mija tal-immigranti kollha.
Immigranti mingħajr dokumenti minkejja li jħallsu t-taxxi m’għandhomx aċċess għal ħafna mis-servizzi li jiffinanzjaw.