Tuesday, May 14, 2024

25,200 passiġġier waslu Malta bil-cruise liner fl-ewwel kwart ta’ din is-sena

Aqra wkoll

It-total ta’ passiġġieri li waslu Malta bil-cruise liner fl-ewwel kwart ta’ din is-sena kienu jammontaw għal 25,200.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li bejn Jannar u Marzu tal-2022 daħlu f’pajjiżna 23 cruise liner, żieda ta’ 14 meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel. 

Bħala medja, kull bastiment li sorġa f’Malta ġarr 1,096 passiġġier, 211 aktar mis-sena ta’ qabel. 

Il-passiġġieri minn stati membri tal-Unjoni Ewropea kienu jammontaw għal 79.1%. L-akbar swieq li ġew minnhom dawn il-passiġġieri kienu l-Ġermanja u l-Italja. 

L-istatistika turi li kien hemm 5,276 passiġġier li ġew Malta minn pajjiżi mhux tal-UE, li minnhom 38.9% kienu mill-Istati Uniti u 37.3% kienu mir-Renju Unit. 

Mill-istess statistika ħareġ ukoll li 52.5% tal-passiġġiera kienu nisa filwaqt li l-akbar għadd ta’ passiġġiera kellhom bejn l-40 u d-59 sena. 

Sport