Saturday, December 20, 2025

Malta Premier: Gzira United idawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

GZIRA UNITED ……………2

TARXIEN RAINBOWS ……1

Gzira United dawru telfa f’rebħa biex għelbu lit-team ta’ qiegħ il-klassifika, Tar­xien Rainbows, bl-iskor ta’ 2-1 u b’hekk qabżu fil-quċċata tal-Bottom Six.

Kienu l-Maroons li ħolqu l-ewwel periklu wara biss tliet minuti meta xutt ta’ Andre Penha da Costa spiċċa ftit għoli.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-sitt minuta, kien il-goalkeeper ta’ Tarxien Rainbows, Andrea Cassar, li salva tajjeb xutt ta’ Luis Carlos Riascos.

Kien fl-24 minuta li r-Rainbows wieġbu għall-ewwel darba meta xutt sabiħ ta’ Kwasi Donsu ntemm barra.

Huma komplew fuq l- offensiva u fil-31 minuta Claudio Murici għadda taj­jeb lejn  Jai Quitongo iżda l-goalkeeper ta’ Gzira, Karl Sargent, ħareġ barra minn postu u  interċetta tajjeb.

U eżattament fil-45 minuta, ir-Rainbows fetħu l-is­kor meta HUANNE NHAYSONN venven xutt mill-isbaħ mid-distanza li ma ta l-ebda ċans lil Sargent isalva, biex irriżulta goal tal-istampi u ‘kandidat’ għall-isbaħ goal tal-istaġun.

Fit-tieni taqsima, il-Maroons ħarġu aktar aggressivi u fit-52 minuta, ix-xutt ta’ Fabricio Silva Virgens ġie mdawwar f’corner minn Cassar … u fit-72 minuta l-istess Cassar reġa’ ċaħħad lill-istess Virgens.

Iżda fit-82 minuta, Gzira kisbu d-draw meta minn az­zjoni ta’ corner, ANDRE CARLOS PENHA DA COSTA xeħet fix-xibka minn daqqa ta’ ras.

U tliet minuti mit-tmiem il-Maroons skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa minn penalty mogħti minn GABRIEL BOHRER MENTZ wara li Penha Da Costa ġie mwaqqa’ fil-kaxxa.

Gzira U.: Karl Sargent, Gabriel Bohrer Mentz, Deacon Abela, Andrew Borg (Santiago Martinez Perlaza 46), Brooklyn Borg (Esteban Fonseca Brenes Pablo 46), Andre Carlos Penha Da Costa, Clayton Failla, Luis Carlos Riascos, David Xuereb, Johan Bonilla Calderon (Sanghyun Roh90), Fabricio Silva Virgens  – Coach: Darren Abdilla

Tarxien R.: Andrea Cassar, William Salomao Filipe, Miguel D’Alessandro, Tiago Francisco Conceicao Santos (Nnamdi Ofufu Ibeh 84), Octavio Alexandre Leal De Barros, Jai Quitongo (Marcus Grima 67), Claudio Henrique Da Silva Barbosa, Nhayson Huanne Da Silva Rosa, Kwasi Donsu, Gilson Sequeira Da Costa (Wallisson Alberto Dantas Dos Santos 46), Andreas Vella – Coach: Jacques Scerri

Referee: Ezekiel Barbara

assistenti: Duncan Spencer, Vasil Vasilev

Raba’ Uff.: Daniel Portelli

Skorers: N. Da Silva 45 (TR); A. Penha Da Costa 81, G.B. Mentz 87 pen (GU)

Ammoniti: C. Failla, A. Penha Da Costa (GU); N. Da Silva, M. D’Alessandro (TR)

Player tal-Logħba: David Xuereb (Gzira U.)

MOSTA ……………..2

NAXXAR LIONS  …3

Fil-partita li ntlagħbet tard il-Ġimgħa filgħaxija, Naxxar Lions għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 3-2 b’mod drammatiku b’goal ta’ Joao Vitor Moura Cardoso, fl-94 minuta.

Iż-żewġ goals l-oħra tagħ­hom waslu minn doppjetta ta’ Gabriel Costa Goncalves (38, 89) hekk kif dejjem kiseb id-draw momentarju wara li Mosta marru fil-vantaġġ darbtejn minn Giancarlo Goncalves (32) u Charles Samson Chibuike (56).

Mosta: David Udoh Akpan, Matthew Bolanos Garcia, Jamie Scerri (Emmanuel Prince Chibuzor 61), Giancarlo Goncalves (Eke Chukwuemeka Junior 37), Charles Samson Chibuike (Daniel Henrique Machado Santos 83), Joao Victor Da Silva Dias, Nathan Agius, Simon Zibo, Jake Vassallo, Zachary Brincat (Bradley Farrugia 83), Leonardo Fernandes Joaquim Da Silva – Coach: Joe Grech

Naxxar L.: Matthias Debono, Theo Seara Kruger, Gustavo Felipe, De Campos Goncalves, Mark Fenech, Neil Pace Cocks (Giuseppe  Bonanno 82), Edson Cerqueira Farias, Joao Victor Souza Dos Santos (Vinicius Ferreira De Jesus 72), Edward Orlando Bolanos Angulo (Alexandro Soares Firmino 67), Gabriel Costa Goncalves, Christian Cedric Kontchou Nganmini, Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: Winston Muscat

Referee: Fyodor Zammit

assistenti: Jurgen Spiteri, Slawomir Olucha

Raba’ Uff.: Daniel Casha

Skorers: G. Goncalves 32, C. Chibuike 56 (M); G. Costa Goncalves 38, 89, J. Moura Cardoso 94 (NL)

Ammoniti: N. Pace Cocks, J. Moura Cardoso (NL); C. Chibuike (M)

Player tal-Logħba: Gabriel Costa Goncalves (Naxxar L.)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport