Wednesday, October 9, 2024

26 persuna jinstabu jgħixu illegalment f’pajjiżna

Aqra wkoll

Il-ħidma tal-pulizija fil-qalba tal-komunitajiet issoktat ukoll bil-ħidma marbuta mal-immigrazzjoni rregolari u l-infurzar biex ikun assigurat li persuni li mhumiex f’pajjiżna skont il-liġi ma jibqgħux hawn.

F’ħidma koordinata, il-pulizija sabu 26 persuna mill-Ħamrun, Santa Venera u l-Marsa, li kienu qed jgħixu fil-pajjiż b’mod irregolari.

Il-persuni li jinqabdu f’pajjiżna b’mod irregolari jittieħdu kollha f’ċentru ta’ detenzjoni u jinżammu hemm sakemm ikunu ritornati fil-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew fil-pajjiż li għandhom permess jirrisjedu fih.

Ix-xogħol f’dan il-qasam jitmexxa mill-Korp tal-Pulizija, flimkien mal-entitajiet l-oħra talimmigrazzjoni, kif ukoll tax-xogħol, flimkien mal-Aġenzija għas-Servizzi tad-Detenzjoni.

Sport