Wednesday, February 4, 2026

Premier League: Gzira United fil-quċċata wara draw kontra Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Gzira United……………….. 0

Hamrun Spartans…………… 0

Kienet partita ferm tattika dik li rat lil Gzira United u Hamrun Spartans itemmu l-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals biex il-Gżirjani qabżu waħedhom fl-ewwel pożizzjoni.

Minkejja d-dominanza ter­r­itorjali tal-Ispartans, dan jista’ jitqies bħala draw ġust bi Gzira jiddefendu għal ħi­nijiet twal … u dan ir-riżultat kien ifisser li għadhom bla megħluba f’dan il-Closing Round.

Il-Maroons ħarġu fuq l-offensiva u wara biss żewġ minuti Maxuell Maia ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper, Henry Bonello, iżda kellu x-xutt tiegħu mblukkat minn Emerson Marcelina u Rafael Compri rispettivament.

Hamrun wieġbu fit-tmien minuta meta Danilo Bulevardi kellu xutt salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Gzira, Edoardo Colombo.

Fl-24 minuta, Hamrun resqu viċin meta Matias Nicolas Garcia indirizza ballun insidjuż iżda kemm Joseph Mbong kif ukoll Damir Ceter naqsu li jagħmlu kuntatt mal-ballun biex il-goalkeeper Colombo salva mingħajr tbatija.

Fil-50 minuta, Colombo reġa’ kien providenzjali għal Gzira meta salva tajjeb fuq Shaisen Attard.

Fl-64 minuta Compri għad­da tajjeb lejn Vincenzo Polito li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata tajjeb minn Colombo.

Din kienet pjuttost l-aħħar azzjoni denja ta’ nota biex sas-suffara finali l-iskor baqa’ ma nbidilx.

Gzira U.: Edoardo Colombo, Deacon Abela, Andrew Borg, Brooklyn Borg (Santiago Martinez Perlaza 75), Maxuell Maia, Clayton Failla, Luis Carlos Riascos, Stasa Bastic, Marc Van De Font Bovenkamp, Isemoli N’sa, Joshua Josue Calderon (Dejan Farrugia 68)   – Coach: Darren Abdilla

Hamrun S.:Henry Bonello, Rafael Compri, Matthew Guillaumier, Shaisen Attard (Jonny 46), Matais Nicolas Garcia, Joseph Essien Mbong (Ederson Bruno Domingos 78), Vincenzo Polito, Damir Ceter, Danilo Bulevardi (Mouad El Fanis 78), Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli   – Coach: Giacomo Modica

Referee: Slobodan Petrovic

assistenti: Duncan Spencer, Kurt Saliba

Raba’ Uff.: Ezekiel Barbara

Skorers: Ħadd

Ammoniti: J. J. Calderon, M. Van De Font Bovnekamp (GU), Jonny (HS)

Player tal-Logħba: Matthew Guillaumier (HS)

MARSAXLOKK…………….. 1

SLIEMA WANDERERS…… 1

Marsaxlokk u Sliema Wanderers spiċċaw fi draw ta’ 1-1 liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd.

Ix-Xlukkajri ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss erba’ minuti huma fetħul l-iskor Jorge Soares Ailton għadda lil Redon Mihana li kien pront xeħet fix-xibka.

Fil-41 minuta, il-Wanderers kienu sfortunati meta t-tentattiv ta’ Marcelo Barros Santos ġie mċaħħad mill- mimduda.

Madankollu, fil-61 minuta, huma kisbu draw meta Thiago Espindola an­ti­ċipa l-clearance tal-goalkeeper, Matthew Calleja Cre­mona, u mid-distanza xeħet il-ballun fix-xibka.

Marsaxlokk: Matthew Calleja Cremona, Weder Soares Da Silva, Oualid El Hasni, Enrico Pepe, Nikolai Muscat, Rasmus Dupont Linden (D. Simkus 73), Juan Carlos Corbalan, Jorge Ailton Soares, Joseph Minala (Joseph Kirby James 86), Leandro Damian Aguirre, Redon Mihana (Triston Caruana 62) – Coach: Vincenzo Potenza

Sliema W.: Kelvin Agu Emeka, Jean Borg, Luke Montebello (Edmond Agius 91), Roko Prsa, Wescley Matos Da Silva (Adam Magri Overend 66), Dejan Djuric, Murilo Henrique Freire Bernardo, Steven Pisani, Mohamed Abdulahi Awad, Thiago Espindola De Paula, Marcelo Barros Santos (Vito Plut 75), Kelvin Agu Emeka – Coach: Pablo Doffo

Referee: Philip Farrugia

assistenti: Jurgen Spiteri, David Castillo

Raba’ Uff.: Emanuel Grech

Skorers: R. Mihana 4 (M); T. Espindola 61, R. Prsa (SW)

Ammoniti: J. Mihana, L. Aguirre. O. El Hasni, E. Pepe (M); S. Pisani (SW)

Player tal-Logħba: Mohamed Abdulahi Awad (Sliema W.)

Birkirkara…………….. 5

Tarxien Rainbows…. 0

Birkirkara rritornaw għar- rebħ bil-kbir meta f’partita li ddominaw għal kollox għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 5-0.

Il-Karkariżi kienu mmex­xija mill-coach il-ġdid, Paul Zammit, hekk kif din hija r-raba’ avventura mal-Istripes, wara li fi tmiem il-ġimgħa keċċew lil Gianluca Festa wara tmien telfiet minn disa’ partiti.  

Il-goals waslu minn Kemar Reid (15), Rinovan Bispo Dos Santos (32) li skorja t-300 goal ta’ dan l-istaġun, Jacques Bayo Mben (45) u doppjetta minn Aleandro Garzia (77, 80) fi spazju ta’ tliet minuti.

Birkirkara: Matthew Grech, Francisco Lopez Garrone, Manuel Ignacio Morello (Kaiden Fenech 89), Sebastian Viveros Lopez, Aleandro Garzia (Neil Micallef 81), Kemar Reid (Jere Vrcic 70), Shaun Dimech, Alessandro Coppola (Neil Micallef 81), Geoffrey Acheampong, Ronivan Bispo Dos Santos, Jacques Armand Thierry Bayo Mben (Dwayne Pullicino 89)  – Coach: Paul Zammit

Tarxien R.: Miguel Juan Spiteri, Abdelrahman Gaafar Ali Alhagi, Angel Jesus Valverde Ledezma (Luke Anthony Borg 59), Wesley Hudson Da Silva (Miguel D’Alessandro 46), Anthony Abidemi Lokosa, Claudio Henrique Da Silva Barbosa (Kian Vella 85), Sheldon Mizzi, Yilson Alejandro Mosquera Bedoya, Marko Musulin, Petar Pa­nic, Andreas Vella (Kian Vella 85) – Coach: Jacques Scerri

Referee: Joseph Scerri

assistenti: James Muscat, Max-Lee Muscat

Raba’ Uff.: Daniel Portelli

Skorers: K. Reid 15, R. Bispo Dos Santos 32, J. Bayo Mben 45, A. Garzia 77, 80 (B)

Ammonit: M. D’Alessandro (B)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport