Saturday, November 23, 2024

27 każ ġdid … Ifiqu 58 persuna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament tal-awtoritajiet tas-saħħa fl-aħħar sigħat saru 2,290 swab test li minnhom kien hemm 27 persuna li rriżultaw pożittivi.

Kien hemm 58 persuna li fiequ u b’hekk il-każijiet attivi issa niżlu għal 593 każ.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-aħħar każijiet għadhom qed jiġu investigati.

Sadanitant, mill-każijiet tal-bieraħ tmienja kienu membri tal-familja minn każijiet diġà magħrufa, tlieta kienu ġew f’kuntatt dirett ma’ persuni magħrufa, ħamsa kienu kollegi tax-xogħol ta’ każijiet pożittivi, waqt li tnejn oħra huma kienu preżenti f’ġabra ta’ nies.

Sport