Matul is-sena li għaddiet kienu 273 l-immigranti li ġew rilokati meta l-pajjiżi tal-UE wegħdu li jieħdu 497.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.
Camilleri spjega li mill-immigranti rilokati 125 marru l-Ġermanja, 106 Franza, 25 il-Finlandja, sebgħa l-Lussemburgu, sitta l-Porutgall u erbgħa r-Rumanija.
Il-ministru responsabbli mill-qasam tal-immigrazzjoni irregolari żied li r-rilokament tal-immigranti se jitkompla matul din is-sena.