Monday, March 3, 2025

273 tifel u tifla li qed jibbenefikaw minn foster placement

Aqra wkoll

Sal-aħħar tas-sena li għaddiet f’pajjiżna hawn 273 tifel u tifla, li qed jibbenefikaw minn foster placement. 

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Dr Michael Falzon waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Ivan Bartolo.

Il-Ministru Falzon qal li minn dawn kien hemm 20 minnhom ġodda matul 2024.

Tabella li ġiet ippreżentata fuq il-mejda tal-Kamra turi li hemm 46 tifel u tifla li qegħdin jibbenefikaw minn foster placement li għandhom bejn 0 u erba’ snin, filwaqt li 73 tifel u tifla oħrajn għandhom bejn 4 u għaxar snin.

Il-Ministru kompla jgħid li hemm 40 minuri li għandhom bejn 10 u 13-il sena filwaqt li 70 oħrajn għandhom bejn 13 u 18-il sena.

Imbgħad hemm 44 persuna oħra li għalkemm mhux minuri xorta jibbenefikaw minn foster placement. Dawn għandhom bejn 18 u 21 sena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport