Saturday, November 23, 2024

278 minuri protetti b’care order

Aqra wkoll

L-għadd ta’ minuri protetti b’ordni ta’ ħarsien (care order), maħruġa mill-Aġenzija Appoġġ, jammonta għal 278. Qal dan il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Fazon meta kien qed jirrispondi Mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Il-Ministru Falzon qal li r-raġunijiet għaliex dawn il-minuri qegħdin taħt ordni ta’ ħarsien huma primarjament:

  • Negliġenza mill-familjari,
  • Inabbiltà li tiġi eżerċitata l-funzjoni ta’ ġenitur minħabba problemi ta’ saħħa fiżika jew saħħa mentali;
  • Mewt tal-ġenituri;
  • Abbuż fiżiku;
  • Abbuż sesswali;
  • Kwalunkwe riskji oħra li l-minuri jista’ ikun espost għalihom fl-ambjent tad-dar fejn ikun qed jgħix mal-familjari tiegħu.  

Sport