Monday, December 23, 2024

27,853 student barrani f’Malta biex jitgħallmu l-Ingliż fl-2021

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet, l-ammont ta’ studenti barranin li attendew korsijiet tal-Ingliż fi skejjel liċenzjati tat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża (ELT), kienu jammontaw għal 27,853. Dan ifisser żieda ta’ 68.9% fuq l-2020, is-sena dominata mill-pandemija.

Dan ħareġ minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). L-istatistika turi li l-maġġoranza ta’ studenti li jattendu korsijiet tal-Ingliż f’Malta kienu mill-Italja (17.6%) segwiti minn Franza (14.9%) u l-Polonja (12.2%). B’mod inġenerali, 76.3% tat-total tal-istudenti kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

L-akbar ammont ta’ studenti li ġew Malta biex jitgħallmu l-Ingliż kellhom bejn it-18 u l-25 sena. Lulju li għadda kien l-aktar xahar bieżel għall-iskejjel tal-Ingliż.
Matul is-sena li għaddiet, l-għadd ta’ għalliema u l-istaff akkademiku fl-iskejjel liċenzjati ELT kienu jammontaw għal 475, bl-akbar ammont minnhom ikollhom 55 jew aktar.

Ekonomija

Sport