Mill-inqas 28 persuna tilfu ħajjithom u aktar minn 80 persuna oħra sfaw midrubin hekk kif krejn waqa’ fuq ferrovija fit-Tajlandja.
Skont rapporti internazzjonali, din il-ferrovija kienet qed tivjaġġa mill-belt Kapitali tal-pajjiż, Bangkok għal belt ewlenija oħra.
Intqal ukoll li fil-ħin tal-aċċident, kien hemm mal-195 persuna fuq il-ferrovija.



