Fl-14 ta’ Ottubru, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kien hemm 284 persuna li kienu qegħdin jinżammu taħt arrest. Dan minħabba l-fatt li jkunu tressqu l-Qorti u ma jkunux ingħataw il-ħelsien mill-arrest.
Kien il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri li qal dan fil-Parlament meta kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Il-Ministru Camilleri qal li minn dawn hemm 187 persuna li huma ta’ nazzjonalità barranija.

