L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn l-Ġimgħa u s-Sibt feġġew 286 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 115 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 2,244.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqgħu 621 hekk kif fl-istess 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewta.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 49 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus b’persuna minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sal-Ġimgħa filgħaxija kienu ngħataw 1,252,092 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 348,080 kienu dożi tal-booster.