Wednesday, October 9, 2024

28,757 tifel u tifla lura l-iskola fl-iskejjel tal-Istat

Aqra wkoll

Wara ġimgħat ta’ vaganzi, dalgħodu 28,757 tifel u tifla rritornaw lura fl-Iskejjel tal-Gvern (skejjel privati u tal-Knisja mhux inklużi). Dawn huma mifruxin fuq l-iskejjel primarji u dawk sekondarji. L-istudenti daħlu lura jumejn wara li aktar minn 7,700 għalliem nhar it-Tnejn li għadda rritornaw ukoll lejn il-postijiet tax-xogħol tagħhom.

Il-Gvern għal sena oħra baqa’ joffri trasport b’xejn lill-istudenti kollha f’Malta u Għawdex fejn din is-sena hemm 2,420 rotot ta’ trasport biex b’hekk ikun possibbli li jitwasslu eluf ta’ studenti fl-iskejjel rispettivi tagħhom. Fil-fatt se jkun hemm aktar minn 32,000 student u studenta li se jibbenefikaw minn dan is-servizz hekk kif it-trasport b’xejn hu offrut ukoll għall-iskejjel privati u anke tal-Knisja.

Is-sena skolastika ġdida bdiet wara sajf sħiħ ta’ preparamenti mill-edukaturi nfushom biex ilestu l-materjal u dak kollu meħtieġ għal din is-sena skolastika; preparamenti li kienu jinvolvu wkoll xogħol amministrattiv, u xogħol ta’ proġetti diġitali u infrastrutturali.

Sport