Matul l-aħħar 24 siegħa, wara li saru 1,882 swabs, irriżultaw 29 każ ġdid ta’ COVID-19. Fl-aħħar 24 siegħa fiequ wkoll erba’ persuna, biex issa t-total ta’ numru ta’ każi attivi huwa ta’ 440 każ.
Fost id-29 każ ġdid, tlieta minn dawn huma mill-Isptar Monte Karmeli, tnejn oħra mill-cluster ta’ Paceville, ħamsa oħra ġejjin minn familja li kellha membru attiv fil-jiem li għaddew u każ wieħed għandu x’jaqsam ma’ każ li huwa diġà magħruf u li attenda għax-xogħol. Bħalissa it-tim mediku għaddej bil-contact tracing.