Saturday, October 12, 2024

29 persuna jmutu wara li jiġġarraf restorant fiċ-Ċina

Aqra wkoll

In-numru tal-vittmi mit-tiġrif ta’ restorant fiċ-Ċina issa tela’ għal 29. Ir-restorant, li jinsab f’raħal fil-provinċja ta’ Shanxi fit-Tramuntana taċ-Ċina, iġġarraf ilbieraħ waqt li qraba u residenti tar-raħal kienu qed jattendu għal festin biex jiġi ċċelebrat għeluq snin wieħed mill-anzjani tal-post.

L-operazzjoni ta’ salvataġġ ġiet fi tmiemha fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

Mal-57 persuna nħarġu minn qalb it-tifrik tal-binja ta’ żewġ sulari. 29 minnhom ġew ikkonfermati bħala mejtin, sebgħa ndarbu serjament, filwaqt li 21 oħrajn ġarbu ġrieħi ħfief.

Sport