Bejn l-2013 u Awwissu li għadda kien hemm 2,977 talba għall-protezzjoni internazzjonali li ġiet rifjutata mill-awtoritajiet.
Kien il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri li ta din iċ-ċifra fil-Parlament għal domanda tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Camilleri semma kif 1,255 talba kienu inammissibbli għax l-applikanti diġà kellhom protezzjoni internazzjonali minn stat ieħor tal-UE waqt li iddeskriva bħala diffiċli li tgħid kemm minnhom għadhom Malta.
Huwa żied li mill-2013 ‘il hawn kienu 273 l-immigranti li ġew Malta bil-baħar u kienu ripatrijati waqt li 1,274 ġew rilokati lejn pajjiżi oħra tal-UE.