Sunday, November 24, 2024

3 passiġġieri jħosshom ħażin abbord ajruplan tal-AirMalta

Aqra wkoll

3 passiġġieri li kienu abbord ajruplan tal-AirMalta jistennew biex jitilqu lejn Ruma

ħasshom ħażin minħabba s-sħana.

FI stqarrija l-AirMalta qalet li t-titjira KM614 esperjenza inċident waqt li kienet għadha fl-ajurport ta’ Malta. Minħabba temperaturi estremi u ħsara fl-arja kondizjonata, 3 passiġġieri ntilfu minn sensihom.

Il-passiġġieri ngħataw l-ewwel għajnuna mill-membri tal-ekwipaġġ kif ukoll mis-servizz mediku li hem fl-Ajruport. Il-passiġġieri kolha tniżżlu lura lejn l-Ajruport fejn ingħataw refreshments.

Konsegwenza ta’ dan t-titjira KM614 minn Malta għal Ruma u KM615 mir-Ruma għal Malta qegħdin jesperjenzaw dewmien.

Sport