Friday, December 27, 2024

3 snin u 6 xhur ħabs fuq traffikar ta’ immigranti

Aqra wkoll

Raġel mill-Uzbekistan kien ikkundannat ikkundannat 3 snin u 6 xhur ħabs wara li ammetta każ ta’ traffikar ta’ immigranti.

Ernazarov Akhmat li għandu 44 sena u li jgħix l-Imsida, ammetta li fis-19 ta’ Frar li għadda kien involut fit-traffika ta’ persuni.

Il-Maġistrat Rachel Montebello qalet li l-akkużat kien qed jammetti għal akkuża serja ħafna minħabba li timmina l-ħidima tal-awtoritajiet biex jikkontrollaw l-immigrazzjoni illegali. Hi qieset ukoll li hu kkollabora mal-pulizija u anke lest biex jgħin fl-investigazzjoni dwar persuni oħrajn involuti f’dan iċ-ċirku.

Għalkemm Akhmat ġie kkundannat 3 snin u 6 xhur ħabs.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Karl Roberts u Christian Abela.

Ekonomija

Sport