Saturday, October 26, 2024

3% tal-Maltin jgħixu fi djar iffullati

Aqra wkoll

L-aħħar stħarriġ tal-Istatistika Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Ħajja (EU-SILC) għas-sena 2021 irrapporta li 3.0 fil-mija tal-persuni jgħixu fi djar ta’ abitazzjoni iffullati żżejjed.

Dan l-istħarriġ, kien pubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) u juri li fis-sena li għddiet, 59.5 fil-mija tad-djar kollha abitati f’Malta u Għawdex kienu appartamenti jew maisonettes filwaqt li 35.8 fil-mija kienu djar semi-detached jew terraced. 

Mill-istħarriġ irriżulta li l-l-akbar proporzjon tad-djar, 33.8 fil-mija, huma djar b’ħamest ikmamar. Dawn kienu segwiti minn 23.3 fil-mija tad-djar prinċipali li fihom sitt kmamar filwaqt 19.8 fil-mija oħra kellhom sebat ikmamar jew aktar.

78.3 fil-mija huma sidien ta’ djarhom u dan kien l-aktar tip komuni ta’ status ta’ pussess fl-2021. Minn dawn, 57.0 fil-mija kienu sidien għalkollox, jiġifieri jew qatt ma kellhom ipoteka fuq l-abitazzjoni prinċipali tagħhom jew inkella ħallsu lura d-dejn tagħhom kollu. 

Kien reġistrat ukoll sehem ogħla ta’ nies li jdumu jgħixu fi djarhom fost familji bi tfal dipendenti, li kien ta’ 84.7 fil-mija. Għall-kuntrarju ta’ familji mingħajr tfal dipendenti, li s-sehem tagħhom kien ta’ 75.3 fil-mija. 

Ġiet osservata xejra differenti fost l-abitazzjonijiet prinċipali mikrija fejn 20.2 fil-mija tad-djar mingħajr tfal dipendenti kienu kirjiet. Min-naħa l-oħra, 10.2 fil-mija tad-djar li jikru l-abitazzjoni prinċipali tagħhom kellhom tfal dipendenti.

Skont l-EU-SILC, matul l-2021, 3.0 fil-mija ta’ dawk kollha li jabitaw fi djar privati ​​għexu fi djar iffullati żżejjed. Ir-rata ta’ iffullar huwa definit min-numru ta’ kmamar disponibbli fid-dar b’relazzjoni mad-daqs tad-dar u demografiċi oħra.

L-ispejjeż tad-djar kienu pperċepiti li jikkostitwixxu piż żgħir għal 58.5 fil-mija tal-persuni kollha li jgħixu fi djar. 22.9 fil-mija oħra qiesu dawn l-ispejjeż bħala piż tqil, filwaqt li għall-18.6 fil-mija, ma kienu ta’ ebda piż għalihom. 36.0 fil-mija biss tan-nies li kienu f’riskju ta’ faqar qiesu l-ispejjeż tad-djar bħala piż tqil.

Kif irrappurtat minn 34.1 fil-mija ta’ dawk li wieġbu, l-aktar kwistjonijiet komuni tad-djar kienu kkunsidrati bħala tniġġis, ħmieġ jew problemi ambjentali oħra. L-istorbju mill-ġirien jew mit-triq, kien it-tieni l-aktar problema msemmija kif esperjenzaw 31.5 fil-mija oħra tad-djar mistħarrġa.

Sport