Friday, November 15, 2024

3 xhur ħabs wara li nstab fil-pussess tad-droga kokaina

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 36 sena li bħalissa jinsab f’pajjiżna fuq btala, ingħata sentenza ta’ 3 xhur ħabs wara li fis-16 ta’ Ġunju nstab li fil-pussess tiegħu kellu droga kakaina waqt li kien f’Paceville. Hu ammetta mill-ewwel għal kull akkuża.

Il-Prosekuzzjoni fil-Qorti qalet li l-Pulizija ġiet informata b’suspett wara li r-raġel deher jagħmel xi movimenti strambi bix-shorts.

Aktar tard wara li saret tfittxija fuqu nstabet id-droga kokaina mal-parti privata tiegħu.

Il-Pulizija għamlet tfittxija wkoll fil-kamra tal-lukanda fejn kien qed joqgħod fejn ukoll instabet aktar droga u anke oġġetti relatati mat-teħid tad-droga.

Il-Qorti ordnat li d-droga tiġi meqruda, u jinġabar l-apparat.

Ekonomija

Sport