Sunday, December 22, 2024

30 persuna oħra nstabu jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu ssuktaw l-ispezzjonijiet immexxija mill-Pulizija, bl-assistenza tal-uffiċjali tas-Servizzi tad-Detenzjoni, marbuta mal-immigrazzjoni irregolari f’Malta.

F’rondi fit-toroq u bi spezzjonijiet fuq il-karozzi tal-linja fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra, illum instabu 30 persuna jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari.

Dawn minnufih ittieħdu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni biex jibda proċess ta’ ritorn immedjat, bl-istess mod li ġew imneħħija mill-pajjiż dawk kollha li ġew arrestati fl-ahhar ġimgħat u xhur.

Din il-ħidma kontra l-immigrazzjoni se tkun qed titkompla fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.

Ekonomija

Sport