Monday, November 25, 2024

30 sena ta’ għajnuna lill-vittmi tal-vjolenza domestika

Bidu għal konferenza dwar ħidma kontra din il-pjaga soċjali…

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Lokalment bħalissa għaddejja l-kampanja nazzjonali “Flimkien Nieqfu. Flimkien Infiqu” li għandha l-mira li tissaħħaħ il-prevenzjoni tal-vjolenza domestika, pjaga soċjali rikorrenti li baqgħet tippersisti tul is-snin. Din il-kampanja wkoll mtella’ f’diversi pajjiżi, hija parti minn ħidma biex jieqaf dan it-tip ta’ abbuż li jseħħ wara l-bibien tad-djar.

Fir-rigward illum qiegħda tittella’ konferenza organizzata mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Benesseri Soċjali intitolata “Niċċelebraw 30 Sena ta’ Għajnuna lill-Vittmi ta’ Vjolenza Domestika”. Fiha se jitkellmu diversi esperti u ħaddiema fil-qasam, kif ukoll panel li se jiddiskutus-sitwazzjoni f’Malta. Taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza Tagħha, il-President Myriam Spiteri Debono, f’din il-konferenza se jitqassmu wkoll l-esperjenzi ta’ vittmi u dawk li kienu jaħdmu magħhom direttament fil-qasam.

Preżenti u parteċipi huma d-Direttur tal-Appoġġ, Graziella Castillo, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti u l-Lecturer mill-Università ta’ Worcester, Dott Beverly Gilbert. Il-panel ta’ diskussjoni huwa kompost minn Ruth Schiberras (MARAM), id-Direttur tal-Fondazzjoni Sebħ, Yvonne Mallia, Sylvana Gafa mill-Victim Support Agency, Samantha Pace Gasan, Kummissarju tal-Vjolenza Domestika, Sonia Schembri bħala l-leader fis-sezzjoni għall-vjolenza domestika tal-Appoġġ u Elaine Compagno, eks vittma ta’ vjolenza domestika.

F’dan is-seminar se jitkellmu x-Shadow Minister Albert Buttigieg MP, Anne Marie Grech, Dott. Lydia Abela, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riforma Rebecca Buttigieg, il-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon u l-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport